Raġel ta’ 68 sena huwa s-47 vittma tal-coronavirus

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 68 sena huwa s-47 vittma tal-coronavirus.

Dan kien ikkonfermat fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa llum waranofsinhar. Il-Ministeru spjega li l-anzjan miet waqt li kien pożittiv għall-coronavirus.

Hu ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-coronavirus dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

155 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara total ta’ 2,823 swab test.