Raġel ta’ 59 sena l-74 vittma tal-COVID-19

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ raġel ta’ 59 sena li miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Ottubru.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li r-raġel miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi tal-COVID-19 f’Malta hu ta’ 74.