Raġel ta’ 59 sena jitlob favuri sesswali minn tifel ta’ 14-il sena

Raġel ta’ 59 sena miż-Żurrieq ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq il-minuri wara li allegatament kien qed jitlob favuri sesswali mingħand tifel ta’ 14-il sena.

Hu ġie arrestat wara li kien ammetta ma’ infermieri fl-Isptar Monte Karmeli li kien offra flus lit-tifel biex jagħmel atti sesswali miegħu. B’hekk, l-infermieri ċemplu lil Pulizija biex jinvestigaw. Jidher li l-akkużat u l-vittma kienu jmorru l-klabb tal-ħamiem taż-Żurrieq flimkien, u li joqgħodu qrib xulxin.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat rrifjutat it-talba sakemm jitla’ bħala xhud il-vittma. Huwa se jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli.