Raġel ta’ 56 sena jitlef ħajtu bil-coronavirus

Read in English.

Raġel ta’ 56 sena miet bil-coronavirus, apparti li kellu wkoll kundizzjonijiet kroniċi oħra.

Dan ir-raġel kien it-tmien vittma tal-coronavirus f’Malta, wara li jumejn ilu tħabbret il-mewt ta’ anzjan ta’ 97 sena fl-Isptar Karin Grech.

Ir-raġel li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

Minkejja li din il-vittma tħabbret mill-awtoritajiet tas-saħħa bħala t-tmien vittma, il-Ministru Chris Fearne qal fil-Parlament li waħda mill-persuni li mietu bil-coronavirus fil-fatt mietet minn problemi fil-musrana. Il-coronavirus kien fattur sekondarju fil-mewt ta’ din il-persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn