Raġel involut f’inċident tat-traffiku iżda mhux fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kien involut f’inċident tat-traffiku fejn fih sofra ġrieħi gravi iżda b’xorti tajba ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ għal ħabta tat-tmienja u kwart fi Vjal il-Ħelsien, f’Ħaż-Żebbuġ. Irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza u mutur. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.