Raġel ta’ 53 sena huwa s-sitt vittma tal-coronavirus f’Malta

Aġġornat 02:31 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 53 sena huwa s-sitt vittma tal-Coronavirus f’Malta.

Newsbook.com.mt huwa huwa infurmat li l-vittma kien qed ibati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa kroniċi oħra. Instab li kellu l-coronavirus erbat ijiem ilu.

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tar-raġel, mill-ġdid appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġu protetti dawk l-iżjed vulnerabbli.

Il-ħames mewta tal-coronavirus f’Malta kienet ta’ anzjan ta’ 81 sena li miet fl-Isptar Karin Grech mal-lejl fil-5 ta’ Mejju.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn