Raġel ta’ 33 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Raġel ta’ 33 sena residenti San Ġiljan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart meta r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u nofs, fil-komun tal-blokka ta’ fejn joqgħod.

Hu ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.