Raġel t’20 suspettat li qatel ġuvni

Raġel suspettat li qatel ġuvni, kien arrestat ilbieraħ wara li bdiet tfittxija għal student li kien rappurtat nieqes wara li għamel lejl barra jiċċelebra l-avventura l-ġdida li kien se jibda fl-università.

Il-ġuvni ta’ 18-il sena ma reġax deher mis-siegħat bikrin tal-Erbgħa. Huwa ċempel lil ommu biex jgħidilha li kien irritorna d-dar, iżda baqa’ qatt ma wasal. Ilbieraħ aktar minn 500 voluntiera ingħaqdu biex jibdew bit-tfiċċija qrib ix-xmara Severn f’Worcester, l-Ingilterra.

Il-Pulizija identifikat il-persuna minn fuq kameras tas-sigurtà u ħarġet stqarrija lbieraħ stess fejn qalet li arrestat raġel ta’ 20 sena minn Worcester stess li hu suspettat li qatel liż-żgħażugħ.