Raġel suppost għama nqabad isuq karozza

Raġel mill-Korea ta’ Isfel li għal tmien snin għamilha li kien għama nqabad li kien jara meta ġirien tiegħu rawh isuq karozza. Għamel hekk biex jieħu l-benefiċċji tad-diżabbiltà.

Ir-raġel li għandu aktar minn 40 sena kien arrestat mill-Pulizija fuq suspett li kien qed jikser l-Att dwar il-Pensjonijiet u d-Diżabbiltà. Hu kien irreġistra ruħu mal-awtoritijiet li kien għama għal kollox. Bis-saħħa ta’ hekk, fi tmien snin bejn l-2010 u l-2018, daħħal kważi €90,000 mill-Gvern.

Ix-xhud li rah isuq il-karozza rrapporta li anki kien rah jipparkjaha. U mhux hekk biss, għax il-Pulizija fuq il-mobajl tas-suppost għama sabu vidjo tiegħu qed isuq.

Il-Pulizija sabu li r-raġel vera kellu kundizzjoni f’għajnejh u li minħabba fiha kellu jilbes nuċċali. Imma din il-kundizzjoni ma affettwatlux il-vista.