Raġel salvat mill-bajja ta’ Għajn Tuffieħa

Serb ta' 72 sena kellu jingħata l-għajnuna mill-għassiesa tal-ħajja fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum.
Fuq il-bajja llum twaħħlet bandiera ħamra, jiġifieri li l-baħar hu qawwi ħafna.
Ir-raġel ma kellux għalfejn jittieħed l-isptar.
Għajn Tuffieħa hi magħrufa għall-kurrenti li qawwija li jkun hemm taħt l-ilma.
Illum ukoll imma f'Kemmuna, għawwiem Ingliż tilef ħajtu minħabba problemi li sab waqt l-għawm.