Aġġornata: Salvat raġel minn Marsalforn minn ħelikopter tal-armata

Spinola vittma raġel salvat San Ġiljan

Raġel li sab ruħu f’diffikultà f’Marsalforn ġie salvat minn ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Kelliema għall-AFM qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel anzjan ittella’ minn Marsalforn permezz ta’ ħelikopter u tniżżel fil-heliport ta’ Għawdex. Skont l-AFM, ir-raġel huwa barrani.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għad-9.20 am. Ir-raġel kien fuq l-art meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.