Raġel salvat mill-baħar f’San Ġiljan

Spinola vittma raġel salvat San Ġiljan

Raġel ittella’ mill-Forzi Armati wara li waqa’ fil-baħar fi Spinola f’San Ġiljan.

Dan ġara fit-3am, allegatament minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin. Fuq il-post marru dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta u ħelikopter li ħaduh l-isptar.

Ir-raġel ta’ 36 sena miċ-Ċilì jidher li qed isofri minn ġrieħi ħfief.