Raġel miżżewweġ jhedded lis-sieħba li joqtolha

Raġel miżżewweġ inżamm arrestat wara li allegatament hedded lis-sieħba tiegħu li joqtolha jekk tibda toħroġ ma xiħadd ieħor.

Ir-raġel ta’ 39 sena ilu joħroġ mat-tfajla għal dawn l-aħħar ħames snin. Hi rrappurtatu lill-Pulizija wara li qalilha li jekk jaqbadha ma’ raġel ieħor, joqtolha. Dan apparti li weġġagħha.

Ħaddiema soċjali mill-Appoġġ qalu lill-Pulizija li jikkunsidraw il-każ bħala ta’ riskju għoli. Ir-raġel ġie arrestat u akkużat bil-fatt li ġiegħlha tibża, li heddida u weġġagħha, u li għamel ħsara lill-affarijiet tagħha.

L-avukat staqsa għall-ħelsien mill-arrest, bl-argument li l-ġrieħi kienu ħfief u li ordni ta’ protezzjoni temporanja twaqqaf lir-raġel milli jersaq lejha. Barra minn hekk, qal li l-mara gidmet lill-akkużat u weġġgħatu. Però, il-Qorti ddeċidiet li jibqa’ arrestat minħabba s-serjetà tal-akkużi u r-riskju ta’ tbagħbis bl-evidenza. Dan apparti mill-fatt li l –mara għadha ma xehdetx.