Raġel mixli li għamel 5 snin jabbuża sesswalment minn tifla

Raġel ta’ 56 sena minn Bormla tressaq il-Qorti mixli li bejn l-2008 u l-2013, stupra tifla ta’ 13-il sena li llum għandha 20 sena.
Huwa ċaħad l-akkużi mressqa kontrih.
Il-Qorti ddeċidiet li l-każ għandu jinstema’ fil-magħluq u li l-ismijiet tal-akkużat u l-vittma m’għandhomx jiġu ppubblikati.
Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €750 u garanzija personali ta’ €10,000.