Raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga

Raġel ta' 51 sena minn Ħaż-Żebbuġ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin b'rabta ma' pussess ta' droga suspettata Kokaina. Id-droga nstabet f'ċirkostanzi li turi li ma kinitx għall-użu personali.
Iktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.