Read in English.
Raġel mill-Ħamrun weġġa’ gravi f’inċident li kellu fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar. Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Jidher li l-vittma ta’ 42 sena tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.