Raġel midrub gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur

Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur fil-Mellieħa.

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-9.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kienet iddaħħlet persuna wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

Minn investigazzjonijiet preliminari mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li r-raġel ta’ 31 sena, residenti Ħal Lija, kien sofra xi ġrieħi wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.