Raġel midrub gravi wara li waqa’ 2 sulari f’Marsaxlokk

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi f’saqajh wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari f’Marsaxlokk.

Dan ġara fit-8.30am fejn l-irdum ta’ San Luċjan.

Ir-raġel għandu 36 sena u huwa min-Nepal.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa fuq il-post sabiex itellgħu lir-raġel, minħabba li fejn
kien jinsab ma setax jintlaħaq mill-paramediċi. Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza
ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.