Raġel mgħammad u armat jidħol jisraq ħanut

Raġel mgħammad daħal jisraq ħanut b’sikkina f’idu.
Is-serqa saret għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq San Pawl, ir-Rabat minn ħanut tal-ħwejjeġ.
Jidher li kif daħal huwa talab il-flus lill-kaxxiera ta’ 24 sena minn Birkirkara.
Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.