Aġġornata (2): Raġel ta’ 68 sena jmut f’St Peter’s Pool

Sarah Cassar Dymond

Raġel ta’ 68 sena miż-Żejtun miet f’Saint Peter’s Pool fid-Delimara limiti ta’ Marsaxlokk.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bil-każ għall-4.30pm. Ir-raġel ittella’ l-art minn xi nies li kienu fuq il-post. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Sorsi ta’ Newsbook.com.mt qalu li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza fuq il-katavru. L-awtopsja mistennija ssir għada.

Fuq il-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.