Raġel mejjet fiż-Żejtun: Imut b’attakk tal-qalb

Ir-raġel li lbieraħ instab mejjet f’għalqa fiż-Żejtun miet b’kawża naturali.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li r-raġel kellu 69 sena u kien residenti ż-Żejtun.

Il-pulizija kienet infurmata bis-sejba tar-raġel f’għalqa fi Triq iċ-Ċawsli, għal ħabta tal-12.15 p.m.

Huwa ġie ċċertifikat li miet b’attakk tal-qalb.

Fuq il-post dehret il-karozza tal-mejtin li daħlet fl-għalqa u ħadet il-kadavru tar-raġel.