Malti u martu jmutu f’ħabta b’ajruplan fl-Amerka

Facebook - The Canadian Record

Raġel Malti u martu mietu meta ħabtu bl-ajruplan li kienu qed itiru f’Texas fl-Istati Uniti.

Skont rapporti fil-midja, il-vittmi huma Carmel Azzopardi ta’ 75 sena u Paula Azzopardi ta’ 49 sena minn Amarillo. Huma kienu qed itiru f’ajurplan żgħir b’magna waħda. L-awtoritajiet tal-inċidenti tal-ajruplani fl-Istati Uniti qed jinvestigaw il-każ. L-inċident seħħ ilbieraħ.

PLANE CRASH ON WAGON CREEK RANCH. This is the scene of a twin-engine Cessna 421 plane crash in Roberts County this…

Posted by The Canadian Record on Friday, February 15, 2019

Skont it-Times of Malta, Carmel Azzopardi emigra lejn l-Istati Uniti meta kien żgħir. It-tlett itfal tiegħu jgħixu Malta. Azzopardi kien iżur lil Malta ta’ sikwit. L-aħħar żjara tiegħu kienet f’Novembru li għadda. Ġie rrappurtat li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qiegħed f’kuntatt mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar il-każ.