Raġel li waddab friġġ minn fuq l-irdum fi Spanja mġiegħel jiġborha

Il-Pulizija Spanjola qed iġġiegħel lil raġel li waddab friġġ minn fuq irdum biex jiġborha.

Dan ġara qrib il-belt Almeria fin-Nofsinhar ta’ Spanja.

Ir-raġel weħel multa ta’ €45,000 u ġie mġiegħel jiġbor il-friġġ u jarmiha f’post xieraq. Fil-filmat li nħareġ tar-raġel iwaddab il-friġġ għal isfel, jinstema’ min qed jiġbed il-filmat iħeġġu u jgħid, “Se nirriċiklawha.”

Il-Gwardja Ċivili Spanjola qiegħda tinvestiga l-kumpanija li qed jaħdem għaliha r-raġel.