Raġel li salva 1,000 kelb

Ritratt: Facebook/Sasha’s Shelter

Sasha Pesic mis-Serbja jista’ jingħad li huwa salvatur u eroj għall-klieb. Ir-raġel beda l-kruċjata għall-klieb biex isalvahom fl-2008 meta ħass li għandu jsalva l-għadd kbir ta’ klieb li jmutu f’pajjiżu.

Sasha s’issa salva iktar minn 1,000 kelb fl-aħħar 10 snin u tahom  ħajja aħjar.

Ritratt: Facebook/Sasha’s Shelter

Ħafna mill-klieb li salva Sasha huma klieb li jkunu bla dar u jintefgħu barra mis-sidien tagħhom. Ir-raġel jagħtihom għajnuna medika u ikel biex jgħin lil dawn l-annimali jsaħħu r-rieda tagħhom li jgħixu. Meta l-klieb jitjiebu u jkunu rkuprati sewwa huwa jirnexxielu jsibilhom dejjem djar madwar id-dinja.

Ritratt: Filmat – YouTube

Sasha bena wkoll post fejn iżomm lil dawn il-klieb li ngħata l-isem ta’ Is-Santwarju ta’ Sasha. Biex seta’ jżomm dan il-proġett għaddej ir-raġel qed jiġbor u jonfoq $20,000 kull xahar. Xi drabi jsibha diffiċli biex jiġbor dawn il-flus kollha imma jgħinuh ħafna d-donazzjonijiet li jaslulu anki minn barra l-pajjiż.