Raġel gravi wara li waqa’ sular f’Bormla

Aġġornat 01:07 PM

Raġel ta’ 64 sena weġġa’ gravi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’Bormla.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għad-9.20am fi Triq Suq Bonnici. Jidher li r-raġel resident Bormla waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza.