Raġel l-isptar wara li waqa’ minn ċint f’Wied iż-Żurrieq

Raġel ta’ 35 sena ttieħed l-isptar wara li waqa’ minn ċint f’Wied iż-Żurrieq.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-4.20pm. Ir-raġel huwa mill-Polonja. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) marru fuq il-post.