Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ ħajt ta’ sitt filati fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq.
Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tas-1.45pm fi Triq it-Tumbarellu.
Il-vittma, raġel ta’ 49 sena residenti l-Mellieħa, instab minn nies oħra bil-ħajt imwaqqa’ fuqu. Issejħet ambulanza minnufih, li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Hemm ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.