Weġġa’ gravi wara li waqa’ ħadid fuqu

Miguela Xuereb

Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qiegħed isir xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni. Ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalità Albaniża huwa residenti l-Munxar Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-1.35pm fi Triq K. Darmanin.

Fuq il-post issejħu ambulanza, ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u pulizija. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Dwar dan il-każ il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.