Aġġornata: Gravi r-raġel li waqa’ f’barriera

Raġel ittieħed l-isptar wara li waqa' għoli ta' madwar sular f'barriera f'Ħ'Attard. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Tumas Chetcuti għall-ħabta tas-6:00pm. Qal li Taljan ta' 44 sena waqa' waqt li kien qed jaħsel xi makkinarju. 
Ritratt: Arkivji