Raġel l-isptar wara li waqa’ 3 sulari

Raġel ta’ 25 sena ttieħed l-isptar wara li weġġa’ meta waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel Serb waqa’ mill-għoli  f’sit ta’ kostruzzjoni għall-ħabta tal-10am. Qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Punent l-Imsida.
Skont il-Pulizija, fuq il-post issejjaħ tim mediku, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel li mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi serji.
Ritratt: Arkivji