Raġel l-isptar wara li nqaleb bil-vann

Raġel ta’ 30 sena mis-Siġġiewi spiċċa l-isptar wara li nqaleb bil-vann tiegħu.
L-inċident seħħ fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi għall-ħabta tal-5:30pm.
Il-vann inqaleb wara ħabta ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza fejn ħadet is-sewwieq ta’ 30 sena l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Ir-raġel ta’ 41 sena ma sofra ebda ġrieħi.