Raġel l-isptar wara li nqaleb bil-karozza fis-Swieqi

inċident Swieqi

Raġel qed jingħata l-kura l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-karozza fis-Swieqi.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara għall-ħabta tad-9am fi Triq Sant’Andrija.

Fuq il-post marru l-pulizija u anke membri tal-Protezzjoni Ċivili. Issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.

Is-sewwieq għandu 45 sena u hu Libjan, iżda joqgħod San Pawl il-Baħar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.