Bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bit-trakk fl-Imqabba

Aġġornat 02:07 PM
Photo by: Mater Dei

Raġel ittieħed l-isptar b’emerġenza wara li nqaleb bit-trakk li kien qed isuq fl-Imqabba dalgħodu. Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fl-10.15am fi Triq il-Belt Valletta.

Ir-Rabti ta’ 52 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.