Jindarab gravi wara li nqaleb bit-tractor

Aġġornat 08:30 PM
CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li nqaleb bi tractor waqt li kien l-għalqa f’Wied il-Mielaħ.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li huwa residenti l-Għarb ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm

L-investiġazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.