Raġel gravi wara li idu nqabdet f’magna ġo fabbrika

Aġġornat 01:18 PM
Malta Police Force

Raġel kien qiegħed fuq xogħol ġo fabbrika f’Birżebbuġa meta idu nqabdet f’magna li kien qed jaħdem fuqha. Huwa ttieħed l-isptar b’emerġenza peress li weġġa’ gravi.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara fit-8.10am ġo fabbrika fi Triq Ħal Far. Weġġa’ minħabba makkinarju li jagħmel il-forom tal-konkos.

Ir-raġel huwa Albaniż ta’ 28 sena li joqgħod Marsaskala.

Ittieħed l-isptar b’ambulanza.