Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu baqa’ dieħel bil-karozza ġo żewġ karozzi pparkjati fiż-Żejtun.
L-inċident ġara fid-9am fi Triq Alfredo Cachia Zammit.
Is-sewwieq, raġel ta’ 49 sena minn Ħaż-Żabbar, tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u daħal ġo żewġ karozzi li kienu pparkjati. Ambulanza ssejħet fuq il-post biex tieħdu l-isptar. Hemm huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.