Raġel l-isptar wara li ġie salvat mill-għarqa f’Ta’ Fra Ben

Ian Noel Pace

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ġie salvat mill-għarqa fil-bajja fl-akwati Ta’ Fra Ben.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq it-Trunċiera f’San Pawl il-Baħar.

Jidher li r-raġel ta’ 63 sena minn Ħ’Attard intilef minn sensieh waqt li kien qed jgħum. L-ewwel għajnuna ngħatatlu mil-lifeguard tal-Malta Red Cross. Hu ġie f’sensieh fuq il-bajja, madanakollu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn qed jinżamm taħt osservazzjoni.