Raġel l-isptar wara inċident fid-Depot

Raġel ttieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident fid-Depot tal-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 am, raġel Malti ta’ 59 sena li kien qed jinżamm arrestat fil-Lock-Up tal-Pulizija pprova jweġġa’ lilu nnifsu.

Skont il-Pulizija, “intervjent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel ma ġarrab ebda ġrieħi.” Ir-raġel ittieħed l-isptar “bħala prekawzjoni”. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.