Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta ma’ tal-linja

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn tal-linja u land rover.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15am ħdejn it-torri ta’ Ħal Lija fi Triq Vjal it-Transfigurazzjoni.
Raġel ta’ 25 sena, minn Ħal Kirkop li kien qed isuq il-land rover kellu miegħu passiġġier ta’ 31 sena mis-Senegal. Il-karozza tal-linja kienet misjuqha minn raġel ta’ 52 sena mill-Ħamrun.
Skont il-Pulizija, l-irġiel li kienu fil-land rover sofrew xi ġrieħi u għaldaqstant kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija qalet li aktar tard, ir-raġel ta’ 25 sena nstab li ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li dak ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
Ritratt: Arkivji