Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Raħal Ġdid

Google Maps

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Ħal Tarxien.

Raġel ta’ 56 sena miż-Żejtun kien qed isuq il-mutur li kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.