Raġel l-isptar wara ħabta fl-Imrieħel

Raġel ta’ 36 minn Ħal Qormi iddaħħal l-isptar tard il-bieraħ fil-għaxija meta kien involut f’ħabta ma’ vettura oħra taħt il-pont fil-bypass tal-Imrieħel.

Bl-impatt waħda mill-karozzi skidjat għal fuq is-central strip. Is-sewwieq kellu bżonn l-għajnuna tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jinħareġ mill-vettura.

Is-sewwieq l-ieħor żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Gżira ma ġralu xejn.

Fl-ħin tal-inċident, it-triq kienet mimlija ilmijiet tant li għamlet l-ħidma tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili iktar diffiċli.