Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta fir-Rabat

Raġel ta’ 39 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Triq il-Buqana, limiti tar-Rabat.

L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tas-6.30am fil-bypass li mir-Rabat tagħti lejn il-Mosta.

Ir-raġel ħabat ma’ karozza oħra misjuqa fid-direzzjoni opposta minn żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Mosta li ma sofra ebda ġrieħi.