Raġel iweġġa’ ħafif wara ħabta fil-Mosta

Raġel ta’ 53 sena mill-Mellieħa li kien qiegħed isuq mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kien involut f’inċident ma’ karozza fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.

Kelliema għall-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.45pm. Għal xi ħin, il-Pulizija ħeġġew lin-nies biex jużaw toroq alternattivi minħabba li t-triq kienet magħluqa.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ta’ Sannat.

Aktar tard ħareġ li r-raġel sofra minn ġrieħi ħfief.