Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta fil-Gżira

Konstantin Karaianov

Raġel weġġa’ gravi wara li ndarab kawża ta’ ħabta li seħħet fil-Gżira kmieni dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5am fi Triq Rue D’Argens, bejn karozza u vann. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Santa Venera. Dan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 30 sena mill-Gżira li ma sofra l-ebda ġrieħi

Jidher li kawża tal-inċident kien hemm erba’ vetturi li kienu pparkjati li ġarrbu xi ħsarat. Il-karreġjata li tagħti għall-Imsida ngħalqet għal xi ħin mill-Pulizija.

Skont persuni li kienu fuq il-post, it-triq inksiet biż-żejt kawża tal-inċident, għaldaqstant wieħed għandu joqgħod attent meta jgħaddi minn din it-triq.