Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Bypass tal-Imrieħel kmieni dalgħodu, fid-direzzjoni tal-Marsa. It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-6.30am. Il-ħabta seħħet bejn vann misjuq minn raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi u karozza misjuqa minn mara ta’ 30 sena mir-Rabat. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ, se tinħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.