Ħabta f’Ħaż-Żabbar; raġel l-isptar

Raġel ittieħed l-isptar wara ħabta bejn 2 vetturi f’Ħaż-Żabbar dalgħodu.

Il-vettura misjuqa mir-raġel ta’ 37 sena minn Wied il-Għajn ħabtet mal-vettura li kien qed isuq raġel ta’ 42 sena mill-Imsida fi Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq il-Kunvent.

Il-Misidjan irrifjuta assistenza medika.

Il-kundizzjoni tar-raġel minn Wied il-Għajn għadha mhix magħrufa.