Raġel jeħlisha ħafif wara ħabta f’Ħ’Attard

Ian Noel Pace

Raġel ħelisha ħafif wara li kien involut f’ħabta f’Ħ’Attard. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq l-Imdina fis-6.45am.

Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi misjuqin minn raġel ta’ 44 sena min-Naxxar u raġel ta’ 49 sena mill-Fgura. Tal-aħħar ittieħed l-isptar b’ambulanza.