Raġel l-isptar wara ħabta f’Ħal Luqa

Aġġornat 05:21 PM
Facebook - Malta Roads

Raġel ittieħed l-isptar wara li ħabat ma’ ħajt f’Ħal Luqa.

Ir-raġel huwa Bulgaru ta’ 53 sena, residenti Żebbuġ. Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-1.30pm ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Luqa.