Raġel l-isptar wara ħabta f’Ħal Lija

Raġel qed jingħata kura l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Lija.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan l-inċident li ġara fi Triq il-Mosta fl-10.35pm.

Il-vittma għandu 47 sena u hu residenti l-Belt Valletta. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena li joqgħod Ħal Lija stess.