Aġġornata: Iweġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur weġġa' gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-Bypass tal-Ħamrun, fid-direzzjoni lejn il-Marsa fis-1:15pm.
Jidher li għal xi raġuni, karozza misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena mill-Mosta ħabtet ma’ mutur misjuq minn raġel ta’ 26 minn Ħal Kirkop.
It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.